Lura fi Frar 2005, il-Membru Parlamentari Laburista Leo Brincat staqsa lill-Ministru tal-Affarijiet Barranin jekk l-ambaxxatur il-ġdid għal Franza, Dr. Vicki Ann Cremona, għandhiex esperjenza fil-promozzjoni tal-esportazzjoni u l-investiment.
Dr. Michael Frendo kien wieġeb li Dr. Cremona m’għandhiex esperjenza dwar l-esportazzjoni u l-promozzjoni tal-investiment, u ntgħażlet għaliex għal xi snin kienet tgħix fi Franza‼️
Dak kien il-mod kif “l-espert tal-Karnival” intgħażlet għal Ambaxxatur, għax fi żmien il-Gvern Nazzjonalista l-Ambaxxaturi ma kienux jitilgħu għal seduta quddiem il-Parlament.
Imma Vicki Cremona kienet Nazzjonalista ta’ Gonzi u allura kkwalifikat b’mod awtomatiku.