Sabiex il-vulnerabbli ma jaqgħux lura fil-qalba diġitali

Share

“Hemm bżonn illi ma nħallux dawk l-aktar vulnerabbli jaqgħu lura fil-qalba diġitali illi qed iseħħ madwarna.

 

Mis-servizzi bankarji, għall-ħlas tal-kontijiet tas-servizzi ta’ telekomunikazzjoni u saħansitra proċessi abażi tal-AI biex jingħataw il-benefiċċji soċjali – kollox qed isir b’ mod diġitali bi problemi kbar għal madwar 40% taċ-ċittadini Ewropej illi m’ għandhomx aċċess għall-internet, laptops, tablets u smartphones.

 

Hemm bżonn illi l-aċċess fiżiku fejn jidħlu servizzi essenzjali għal dawk l-aktar vulnerabbli jibqa’ aċċessibli.

 

Dan kien il-messaġġ tiegħi bħala kelliem ewlieni waqt it-Tech and Society Summit organizzat dalgħodu fi Brussel.” – Alex Saliba, Ewro Parlamentari Laburista.