Huwa fatt magħruf li Roberto Montalto beda u għamel l-ewwel għaxar snin jaħdem fl-uffiċċju tal-avukat Josè Herrera. Dr. Herrera offrielu kamra fl-ufficcju.
Meta deherlu, telaq għal rasu u kaxkarlu xi koċċ klijenti imma s’hemm fiha u ma fihiex.
Daphne dak iż-żmien kienet tikteb blogs kontra l-Imħallef Consuelo Scerri Herrera kuljum preċett u baqgħet għaddejja hekk għal snin twal.
Tgħiduli x’ għandha x’taqsam l-Imħallef?
Mela l-Imħallef Scerri Herrera, dak iż-żmien Maġistrat, fetħet libell kriminali kontra Daphne Caruana Galizia.
Min taħsbu li kien l-avukat difensur?
https://timesofmalta.com/article/columnist-cleared-of-harassing-magistrate.395451
Ħadd ħlief Dr. Roberto Montalto. L-istess Roberto Montalto li beda l-prattika tiegħu ma Josè Herrera, ħu Consuelo Scerri Herrera‼️
Lanqas Alla ma jemmnek.
Mela mhux talli ma baqax rikonoxxemti lejn min daħħlu f’daru, talli mal-ewwel ċans ma ddejjaq xejn idur kontrihom f’kawża taħraq bħal dik.
Wara kollox, biex Roberto Montalto m’ għandux rispett lejn familtu, kif jista’ jkollu rispett lejn Josè u Consuelo?