Repubblika u l-Vjolenza Domestika

Share

Sinjuri ta’ Repubblika,

 

B’referenza għas-suġġett, ippermettuli nistaqsi xi mistoqsijiet relatati.

 

Peress li bħala għaqda Repubblika kemm-il darba pronunzjajtu ruħkom dwar każi ta’ vjolenza domestika, ma jidrilkomx li ma għandkom ebda kredibbiltà f’dan is-suġġett meta l-idolu tagħkom, is-Sinjura Daphne Caruana Galizia kienet akkużata l-Qorti b’akkużi kriminali ta’ vjolenza domestika u li kienet timmolesta lil żewġha Peter billi titfaghlu l-platti, tikkaġunalu ġrieħi u feriti, u tgħajjru u tinsultah speċjalment billi tuża l-emails?

 

Ma jidrilkomx li qed turu ċerta ipokrezija meta titkellmu dwar dan is-suġġett meta l-eroj tagħkom kellha kredenzjali tant negattivi fejn tidħol vjolenza domestika?

 

 

Intom bħala għaqda tikkundannaw kull tip ta’ vjolenza domestika inkluż dik ta Daphne Caruana Galizia fuq żewġha Peter, bniedem magħruf bħala timidu u kwiet?

 

Intom bħala għaqda Repubblika konxji li bl-istandards tal-llum dak li kienet akkużata bih l-idolu tagħkom seta’ jwassal li titressaq arrestata u jaf ma tieħux libertà proviżorja kif qed jigri f’ħafna każi li qed jitressqu dan l-aħħar anke fuq akkużi ferm inqas serji?

 

Nispera li twieġbu ħalli nkunu nafu eżatt sa fejn tasal il-kredibbiltà tagħkom.