Espert traskurat u fin-negozju

Share

L-espert li xehed il-bieraħ u llum fil-kawża tal-Vitals jagħti stampa tiegħu nnifsu ta’ bniedem mill-aktar traskurat peress li nesa’ jippreżenta sensiela ta’ dokumenti fl-inkjesta.

 

La smajnieh jiskuża ruħu. La smajnieh juri rimors. La smajnieh juri dispjacir. Xejn.

 

Espert li ma kull okkażjoni jipponta subgħajh biex iwaħħal f’ħaddieħor. Jew fi sħabu ta’ Harbinson jew fil-maġistrat jew f’dak jew fl-ieħor.

 

Imma l-ikbar nkwiet kif waqt li kien qed idaħħal l-belli liri mill-inkjesta baqalu l-għatx biex jipprova jakkwista 936,000 ewro billi jbiegħ is-servizzi tal-kumpanija tiegħu lil Korp tal-Pulizija. Qed nitkellmu fuq kważi miljun ewro.

 

Il-Maġistrat widdbu diversi drabi dwar il-konsegwenzi ta’ gurament falz, xi ħaġa li ssir meta maġistrat jibda jissuspetta li xhud qed jigdeb.

 

L-impressjoni li hadt llum meta segwejt l-kawża mill-awla hija li din it-tip of the iceberg u li dan l-espert se jikkrolla u miegħu se jikkrolla l-kastell tar-ramel li bena’ fl-inkjesta.