Roberto Montalto jikkonferma li qed nikteb il-verità dwaru

Share

Meta dalgħodu kont il-Qorti biex nsegwi l-każ Vitals, fl-aħħar tas-seduta ġie fuqi Dr. Roberto Montalto jistaqsini jekk kienx għamilli xi ħaġa u għidtlu le.

 

Weġibtu li jekk irid jibgħat right of reply u nippublikaha.

 

Dlonk qalli li ma kienx se jibgħat għax dak li ktibt dwaru huwa l-verità. Qalli li ormai imdorri u ftaħar  “jien kont l-avukat ta’ Daphne.”

 

 

U mela allura se nkompli nikteb aktar.

 

Dak il-każ li fetħitek ċerta ex-klijenta tiegħek Sylvana Brannon quddiem l-Maġistrat Victor Axiaq biex tagħtiha lura 7,000 ewro li qed tgħid li ħadtilha ta’ xejn x’tista’ tghidilna dwaru?

 

Għaliex qed tgħid li għadda ż-żmien minflok tispjega ta xiex ħadtomlha?

 

Intom li kontu qrib Daphne kollha qegħdin sew. Taraw is-sufa f’għajn ħaddieħor u mhux it-travu f’għajnejkom.

 

Dażgur li l-verità qed nikteb dwarek Dottor Roberto Montalto u baqali ħafna x’nikteb ukoll.

 

Nerġa’ nfakkar li l-policy ta’ dan is-sit hi li qabel jippublika jivverifika l-fatti.