L-Eċċellenza Tiegħu Charles Ġuda qed jgħid ilna biex inserrħu rasna għax il-Kurja se “tirtira” mill-banek.
Huwa qabbad lil Michael Pace Ross biex ngħid dan. Pace Ross huwa raġel sew u serju. Kien responsabbli mill-istatistika fi żmien Gonzi. Daħal il-Kurja għax kapaċi u Nazzjonalist. Kieku kien Laburist insiha. Xorta jibqa’ li kapaċi.
Iżda ħsibna fidili.
Huwa qal lil The Times li l-Kurja trid tnaqqas ix-shareholding tagħha fil-qasam bankarju.
“We have started retreating in 2022 and we want to dilute our sharcholding further. This is beneficial both from a pastoral and a financial point of view.”
Dan għaliex biegħu l-ishma tal-APS lil pubbliku u naqqsuhom minn 79% ghal 55%.
Izda 55% tal-APS u HSBC f’daqqa huma aktar minn 79% tal-APS. Jekk ibiegħu aktar shares xorta jibqgħu aktar mill-valur li għandhom bħalissa.
Bl-Ingliż l-impjegat ta’ Charles Ġuda uża l-kelma “dilution”.
Bil-Malti ngħidulha “jitnejjku bin-nies”.