Għandna Tfal Laburisti Validissimi

Share

Għadni kemm rajt il-programm ta’ Dione Borg – Opinjoni fuq NET.

 

Il-Prim Ministru għandu minnufih jibgħat għal Jean Claude Micallef u jekk hemm xi nuqqasijiet jara llum qabel għada kif jirrimedja u jinkludih minnufih fil-ħidma biex il-Partit Laburista jerġa’ jkun rebbieħ.

 

Kapulavur sħiħ ta’ kif wieħed janalizza s-sitwazzjoni politika u joffri mudelli politiċi ġodda. Ilni ma nara xi ħadd jiddiskuti b’assertivita bħal Jean Claude żmien!

 

Siegħa non stop away fejn ġab fix-xejn kull argument oppost u b’ħila komunikattiva u għerf politiku rnexxielu jġib panel sħiħ iħarsu lejh bħala triq ‘il quddiem għas-soluzzjonijiet. Dan meta kkonfrontat minn domandi u kummenti iebsa mill-ġurnalist Dione Borg.

 

Sinċerament, kemm għandna politiċi li għandhom l-abbiltà li wera llejla Jean Claude Micallef?! Dan kien ma’ djul il-Prim Ministru Robert Abela dejjem fl-aħħar leġislatura. Min tah bis-sieq u min għadu jżomm milli nies bħalu jkunu fuq quddiem għall-Partit Laburista?

 

Tkun imbierka s-Sapjenza t’Alla tul dan is-snin kollha qatt ma rajnih fuq ONE! Minflok ma rajna kif nutilizzaw il-ħiliet politiċi u komunikattivi tiegħu, warrabnih kompletament.

 

Ġimgħat ilu ssuġġerejtu bħala l-persuna idonja li tista ssalva lill-ONE. Illum nappella lit-tmexxija: Titilfuhx lil Jean Claude Micallef.

 

Kif ilni nisħaq, għandna tfal Laburisti validissimi. Ejja nistmawhom mhux nimmaltrattawhom.