Proposti ta’ “Alice in Wonderland”

Share

Segwejt fuq fuq il-manifest mniedi mill-għaqda Repubblika kontra l-korruzzjoni.

 

 

Mela ejja nibdew biċċa biċċa.

 

Għandi xi osservazzjoni u mistoqsijiet relatati li xtaqt inressaq.

 

Sinjuri ta’ Repubblika,

 

Tistgħu tgħidu lill-poplu Malti intom f’isem min qed titkellmu?

 

Għaliex qed nistaqsi? Għaliex il-partiti politiċi nafu f’isem min jitkellmu għax nafu kemm ġabu voti. ‘Il fuq minn mitt elf vot kull wieħed.

 

Tajjeb li nfakkru li wara mistoqsijiet magħmulha minn dan is-sit elettroniku, sirna nafu il-limitazzjonijiet tagħkom.

 

Intom tiirrappreżentaw 943 membru. Inqas mill-każin tal-banda tar-raħal!

 

Niġi għal Manwel “Arriva” Delia.

 

Tista’ tgħidilna xi kredenzjali ghandek Manwel Delia?

 

Insejt li int kont taħdem f’ministeru meta l-Partit Nazzjonalista kien fil-Gvern? Ma stajtx faċilment tagħmel dawn il-liġijiet. QATT ma tkellimt dwarhom, aħseb u ara kemm indenjajt ruħek tara li jiġu attwati.

 

Alla jbierek ix-xewqa li jsiru dawn l-liġijiet ġietek f’moħħok meta l-PN evapora u ma baqax fil-gvern. Min jista’ jieħdok bis-serjetà, ja falz kollok?

 

Manwel Delia, lil ex Ministru Tonio Borg, li kien responsabbli mill-Ġustizzja fi żmienek, kont tiffittah u ttanbarlu biex jagħmilhom? Ja falz kollok.

 

Ħadt parir professjonali mingħand min jifhem bħal ma għamilt jien, jew verament taħseb li tifhem f’kollox? Ja falz kollok.

 

Tkellimt ma bosta esperti dalgħodu li jiġu minn kampijiet differenti. Lkoll stqarru bla tlaqliq illi dawn huma proposti ta’ “Alice in Wonderland”. Min jifhem jgħidlek taħlix ħin għax bla sugu.

 

Se nerġa ndur fuq Repubblika.

 

Xi kredenzjali għandha Repubblika titkellem fuq politika serja u nadifa meta l-idolu tagħkom, is-Sinjura Daphne Caruana Galizia kienet akkużata l-Qorti b’akkużi kriminali ta’ vjolenza domestika u li kienet timmolesta lil żewġha Peter billi titfaghlu l-platti, tikkaġunalu ġrieħi u feriti, u tgħajjru u tinsultah speċjalment billi tuża l-emails?

 

Xi kredenzjali għandha Repubblika titkellem fuq politika serja u nadifa meta l-eroj tagħhom kellha każ mat-taxxa dwar 100,000 ewro li bl-istandards tal-llum jista’ jfisser każ kriminali ta’ money laundering.

 

Xi kredenzjali għandha Repubblika titkellem fuq politika serja u nadifa meta iben l-eroj tagħhom ġie mressaq l-Qorti akkużat fuq drogi?

 

U wara dawn il-pariri li ħadt minn uħud mill-aqwa esperti li hawn f’pajjiżna, iva jien nappella lill-Gvern biex ma jaħlix ħin fuq dawn l-fantasiji.

 

Wara kollox, la Manwel Delia u lanqas l-oħra ma għandhom kwalifiki fis-suġġett. Allura għaliex għandna nieħduhom bis-serjetà?