Ivan J. Bartolo lanqas jaf li l-Liġi tal-Finanzjament tal-Partiti qegħda fis-seħħ. Daħħalha Gvern Laburista ta’ Dr. Joseph Muscat fl-2016 wara li gvernijiet Nazzjonalisti għamlu 25 sena jirreżistuha u qatt ma għamluha ligi.
Ivan J. Bartolo inti taf li l-Liġi ngħatat daqqa ta’ ħarta meta Simon Busuttiil nqabad bil-qalziet mniżżel jieħu donazzjonijiet mil-kumpanija dB? Taf li ra kif għamel biex iwaqqafha milli taħdem biex ma jinstabx ħati?
Inti taf li mhux talli l-liġi qegħda fis-seħħ talli l-partit tiegħek qed jiksirha billi ma jdaħħalx audited accounts?
Inti Malta qed tgħix jew qed toħlom?
Imma issa ejja niġu għall-ipokrezija grassa tiegħek.
Fl-artiklu tal-llum inti ktibt hekk “Similarly, the financing of political parties needs greater transparency and accountability, ensuring that money does not unduly influence policy decisions.”
Trid it-trasparenza waqt li l-partit tiegħek jikser l-liġi. U fil-kumpanija tiegħek mxejt bi trasparenza jew mxejt b’qerq?
Ipokrezija tboss‼️
Se nikkwota x’qal dwarek min xtara l-kumpanija mingħandek:
“The announcement said that the results were “materially misstated”, mostly due to a failure of internal controls and management in the operations. It said that accounting standards had been applied in an “erroneous and inconsistent” way.”
Onor. Ivan J. Bartolo,
B’kemm-il miljun neffaħthom l-valuri tal-kumpanija tiegħek? Iva miljuni qed nistaqsik. Min xtara mingħandek qallek kemm-il miljun neffaħthom. Qed nistaqsi lilek sabiex nismagħha mingħandek.
Inti mxejt b’qerq? Qed nifhem sew? Din mhux frodi Onor. Bartolo❓
Din ġiet investigata mil-pulizija?
Saret inkjesta maġisterjali?
Jew dawk fuq l-Laburisti biss isiru?