Charles Ġuda u Tas-Sliema (2)

Share

Il-bieraħ ktibt dwar Villa Schinas, Sliema, u kif wara oppożizzjoni kbira mir-residenti., Charles Ġuda ħareġ jgħid li talab lil Żaren Vassallo jissospendi l-applikazzjoni.

 

Il-bieraħ staqsejt  lil Charles Ġuda set ta’ domandi, iżda sa issa bqajt mingħajr tweġibiet.

 

Il-Kurja ma kienitx rat minn qabel l-applikazzjoni ta’ Żaren Vassallo?

 

Min kien raha din l-applikazzjoni?

 

Min se jieħu responsabbiltà minn naħa tal-Kurja?

 

Illum se nkompli nżid mal-mistoqsijiet.

 

 

Tista’ il-Kurja Arciveskovili tgħidilna lil min intbagħat id-dokument tal-Expression of Interest li suppost kellu jistieden lil dawk interessati biex jagħmlu xogħol ta’ restawr fuq Villa Schinas li hi tal-Azzjoni Kattolika Maltija u li minn dejjem kienet amministrata mill-Parroċċa ta’ San Girgor f’Tas Sliema stess?

 

Tista’ il-Kurja tippubblika ir-rispons intier li kellha għall-expression of interest li ħarġet u tgħid preċiż f’liema ġurnali u social media ppuubllikat din l-expression of interest?

 

Għal lum nieqaf hawn.