Dottor Ħawwadni ħa Nifhmek (2)

Share

Dr. Roberto Montalto,

 

Jien erġajt. Ma nsejtekx tinkwetax. 

 

Ftit tal-jiem ilu għamiltlek mistoqsijiet mill-aktar sempliċi u sa issa għadek ma weġibtx.

 

Mhux suppost għandek problema takkwista l-mobile number tiegħi, peress li kawżi l-avukati kollha li taħbat magħhom kulljum preċett fil-Qorti għandhom.

 

Spjegali ftit għax għadni ma nistax nifhem u nemmen kif int, l-avukat ta’ Daphne Caruana Galizia, li tant kienet voċifera kontra l-Vitals, qed tiddefendi persuna akkużata fil-kawża tal-Vitals?

 

 

Nerġa ngħidlek. Għandek kull dritt tiddefendi lil min trid u nirrispetta dak id-dritt.

 

Iżda fejn huma l-prinċipji tiegħek?

 

Mhux se noqgħod nerġa’ nirrepeti il-mistoqsijiet kollha li għamiltlek, però aħjar tibda twieġeb għax għandi valanga ta’ mistoqsijiet ġejjin għalik.