Prosekuzzjoni ma tafx espert tal-Qorti jeżistix jew le

Share

Meta kompliet il-kawża relatata mal bejgħ tal-isptarijiet, ħareġ fatt ieħor li jħalli ‘ l kulħadd jistaqsi aktar minn qatt qabel.

 

Wiehed mill-esperti li tqabbad kien ċertu wieħed Chris Stiltington. Kollox jindika li dan Chris Stiltington m’għamel xejn u hemm dubji serji jekk dan il bniedem jeżistix.

 

Wieħed jimmaġina li tħallas għal servizzi li wettaq.

 

Sadanittant, il-prosekuzzjoni qed joggezzjonaw li jsejħulu bħala xhud sabiex bl-aktar mod trasparenti jikkonfermaw jekk jezistiex jew Le.

 

Interessanti l-fatt li l-prosekuzzjoni lanqas biss jafu min hu. 

 

Ċirkostanzi ma jitwemmnux u bla preċedent.

 

Għandna sitwazzjoni waqt kawża daqshekk sensittiva fejn Il-prosekuzzjoni mhux f’pożizzjoni u ma JRIDUX jghidu jekk wieħed mill-esperti nominati mill-Maġistrat jeżistix jew le‼️

 

 

Lista ta Nominati

 

 

Qed nagħmel xi mistoqsijiet.

 

Min hu Chris Stiltington?

 

X’konnessjoni għandu ma Sam Sittlington?

 

Jiġi minnu, jew kumbinazzjoni kunjomu bħalu?

 

Kif tħallas dan Chris Stiltington?

 

X’verifiki għamlu l-awtoritajiet qabel ma tħallas?

 

X’serħan ‘il moħħ kellhom l-awtoritajiet qabel ma tħallas?