Steve Ellul Irreżenja

Share

Dwar it-tweġiba ta’ Infrastructure Malta lill- The Times, fejn wieġbu li għandhom wisq xogħol biex jagħtu lista sħiħa tat-toroq li saru.

 

The Times

 

Din kienet tweġiba li umiljat lil kull min ġenwinamemt jaħdem qatigħ f’Infrastructure Malta.

 

Kull min hu midħla ta’ Infrastructure Malta jaf kemm hemm nies dedikati u ħabbrieka. Dan kollu jixhduh kemm il-kuntratturi kif ukoll il-pubbliku in ġenerali.

 

Dalgħodu għamilt kumment dwar l-Inġinier Frederick Azzopardi u l-mod professjonali ta’ kif mexxa Infrastructure Malta.

 

Ejja nfakkru wkoll lil Ivan Falzon, is-suċċessur ta’ Frederick bħala Kap Eżekuttiv ta’ IM.

 

Ivan Falzon

 

Bħal ta’ qablu, Ivan Falzon kien magħruf għal mod organizzat ta’ kif kien imexxi Infrastructure Malta.

 

Taħt Ivan saru għadd ta’ proġetti u bħal ta’ qablu kellu track record tajjeb fejn jidħlu deadlines.

 

Huwa sigriet magħruf li Infrastructure Malta qabdet in-niżla eżatt mal-ħatra ta’ Steve Ellul bħala Kap Eżekuttiv ta’ Infrastructure Malta.

 

Kien żball kardinali meta tneħħa Ivan Falzon. Ma hemmx paragun għax Ivan kien ħafna aħjar.

 

X’ġara minn dakinhar ‘l hawn inħalli għal poplu biex jikkumenta… Le, reġà bdieli.

 

Taħt it-tmexxija ta’ Steve Ellul, kemm Infrastructure Malta kif ukoll il-Ministeru li taħtu taqa’ IM, ta’ kuljum saru l-farsa fuq Il- media soċjali. Eluf ta’ kummenti ta’ rabja minn sbieħ Alla sa ma jidlam.

 

Nuqqas ta’ koordinazzjoni galore bejn l-entitajiet l-oħra b’konsegwenza li inħoloq chaos bla preċedent fit-toroq tagħna.

 

Steve Ellul sab ruħu f’waħda mill-aktar karigi sensittivi u ta’ uġigħ ta’ ras għall-fatt li baqa’ l-art fl-Elezzjoni għall-Parlament Ewropew.

 

Mela wara li lanqas kien kapaċi jmexxi l-kampanja personali tiegħu, sab ruħu jmexxi Infrastructure Malta, u qed joħloq falliment hemm ukoll.

 

Il-Gvern għandu jaġixxi. Steve Ellul għandu jaġixxi. Steve Ellul għandu jirreżenja minnufih.