Taħt it-tmexxija ta’ Steve Ellul, kemm Infrastructure Malta kif ukoll il-Ministeru li taħtu taqa’ IM, saru l-farsa fuq Il-media soċjali.
Steve Ellul wera’ li lanqas jaf x’laqtu u li m’għandux idea ta’ kif għandha titmexxa Infrastructure Malta. Sab sodda mifruxa sew minn ta’ qablu u minkejja dan, irnexxielu joħloq rebus fit-toroq Maltin.
Falliment Totali‼️
L-arroganza ta’ IM laħqet il-quċċata bil-mod kif wieġbu lil The Times “li għandhom wisq xogħol biex jagħtu lista sħiħa tat-toroq li saru.”
X’arroganza! Mur ġibhom għandhom dawk il-proġetti li kellhom Frederick Azzopardi u Ivan Falzon. Imma miskin għandu ħafna x’jagħmel ir-raġel.
L-eħfef ħaġa li seta’ jagħmel Steve Ellul kien li jgħaddi l-lista ta’ mijiet ta’ toroq li twettqu minn ta’ qablu. Daqshekk sempliċi. Iżda anke hawn FALLA.
Warrab minnufih.
Sadanittant, The Shift ħabbret il-ħatra ta’ Janice Borg bħala Deputy CEO.
Għall-korrettezza, Janice Borg inħatret Chief Operating Officer.
Dan is-sit jawguralha kull suċċess għall-kariga ġdida tagħha.
Dwar Janice Borg, dan is-sit elettroniku rċieva għadd ta’ messaġġi ta’ tifħir mingħand ħaddiema ta’ Infrastructure Malta u lkoll urew il-ħerqa li jaħdmu magħha.
Il-Gvern għandu b’mod immedjat iwaqqaf lil Steve Ellul u jaħtar lil Janice Borg CEO mill-aktar fis possibbli. Il-vendikazzjonijiet fil-konfront tal-Laburisti jridu jinqataw. L-arroganza fil-konfront ta’ min kuljum irid jaħdem ma infrastructure Malta għandha tieqaf.
Il-messaġġi li l-poplu qed iwassal ta’ kuljum għandhom jiġu rispettati.
Ministru Chris Bonett, din li naħbu jew nitgħażnu trid tispiċċa. Żmien il-honey moon għadda. Il-bieraħ appellajtlek biex iċċaqlaq lil ta’ taħtek. Illum se ngħidlek BIDDEL lil ta’ taħtek.
Għal lum nieqaf hawn. Ta’ Kastilja, ippreparaw ruħkom għax se ndur fuqkom dwar Steve Ellul.