Part 5: L-Avukat D’ Agostino

Share

L-Avukat General qabbdet wieħed mill-aktar avukati jobgħodu lil Partit Laburista biex jidher f’ isimha fil-kawża biex titneħħa l-Maġistrat Gabriella Vella.

 

F’ kull seduta moħħu biex jgħaddi rimarki politiċi kontra Dr Joseph Muscat.

 

Fis-seduta ta’ din il-ġimgħa, dan Dr James D’ Agostino saħansitra qagħad jieħu pjaċir jisma’ lil Dr Jason Azzopardi jattakka lil Prim Ministru u lil Avukat Ġenerali.  Nesa’ li kien qed hemm biex jiddefendihom.

 

Aċċetta li l-boss tiegħu tiġi akkużata li kisret il-liġi u għaddiet kopja tal-inkjesta lil Prim Ministru.  Ma staqsiex mistoqsija waħda fuq hekk lil Dr Azzopardi.  Mistoqsijiet biss tal-ingwanti tal-ħarir u jiċċajta miegħu.

 

Kellu jkun Dr Vince Galea, wieħed mill-avukati ta’ Dr Joseph Muscat li kellu jiġbidlu l-attenzjoni li kien qed iħalli dawn l-akkużi gravi għaddejjin.  Daħakha.

 

Ma tantx hemm x’ tidħak Dr D’ Agostino għax ma ghamiltx dak li mistenni minnek.

1 Comment

Rita Falzon Gouder

The Real Person!

Author Rita Falzon Gouder acts as a real person and verified as not a bot.
Passed all tests against spam bots. Anti-Spam by CleanTalk.

The Real Person!

Author Rita Falzon Gouder acts as a real person and verified as not a bot.
Passed all tests against spam bots. Anti-Spam by CleanTalk.
October 13, 2024 - 5:01 pm

Their hate four dear Joseph knows no limit. Shame on him and more on the AG

Post Comment