Part 6: L-Avukat Refalo

Share

L-Avukat Ġenerali mhux biss qabbdet lin-Nazzjonalist James D’ Agostino fil-kawża tar-rikuża tal-Magistrat Gabriella Vella, iżda għażlet Nazzjonalist ieħor  tal-qalba biex imexxi l-Prosekuzzjoni fil-każ tal-isptarijiet.

 

Dan hu Dr Francesco Refalo li diga’ awgurajnilu għat-tieġ tiegħu fejn kellu bħala bestman lil iben id-Deputat Kap tal-Partit Nazzjonalista.

 

Dr Refalo beda l-ewwel seduti b’ botti politiċi kontra Dr Joseph Muscat.  Qabblu ma’ Trump, avolja għalija dak kumpliment.  Li hu żgur li dak il-kliem mhux f’ postu fl-awla.

 

Kemm ħadu pjacir ta’ Repubblika.

 

Infakkar lil Dr Francesco Refalo li aħna għandna leħen ukoll.  Ma rriduhx jogħġobna.  Sempliċiment jaqdi dmiru b’ onestà mhux biex jingħoġob għaliex beda fuq sieq ħażina.