Is-sentenza tal-Imħallef Joe Zammit Mckeon, magħruf għal kemm jimbotta lilu nnifsu u jħobb jidher ma hija xejn għajr riċetta għal anarkija.
Il-ħsieb espress mill-Imħallef f’dik s-sentenza jwassal biex kulħadd għandu dritt li jmur ipoġġi affarijiet fuq l-monument tal-Assedju l-Kbir li jfakkar ġrajja li tgħaqqad lil dan il-Ġens Malti.
Jien nemmen li dak l-monument għandu jinżamm safi u nadif, però ġaladarba hemm min jaħseb li jista’ jagħmlu tiegħu, ma jimpurtax.
Jekk l-monument ħatfuh ta’ Daphne, mela nistgħu nesprimu l-opinjoni aħna wkoll.
Dak l-monument se jerga jsir ta kulhadd. Il-monument tal-Assedju tagħna lkoll.