Tweġiba għall-Istqarrija Maħruġa mill-Ambaxxata Amerikana

Share

L-Ambaxxata Amerikana f’ Malta għoġobhom joħorġu stqarrija f’għeluq is-seba’ anniversarju mill-mewt ta’ Daphne Caruana Galizia.

 

Stqarrija mill-Ambaxxata Amerikana

 

 

L- Ambaxxata Amerikana kellha l-ardir titkellem dwar atti brutali, il-korruzzjoni kif ukoll tagħti pariri lill-Gvern Malti dwar il-ħtieġa ta’ trasparenza bil-għan li jitħarsu l-prinċipji tal-governanza tajba.

 

L-aħħar ħaġa l-Ambaxxata Amerikana għandha takkuża lil pajjiżna huwa propju dwar il-korruzzjoni. L-aktar pajjiż korrott fid-dinja jagħti pariri lil Malta dwar korruzzjoni u governanza tajba‼️

 

Nappella lill-Ambaxxata Amerikana f’Malta tagħmel eżami tal-kuxjenza dwar l-attività tagħhom f’pajjiżna. Jekk humiex iwettqu ħidma diplomatika jew qed joperaw b’ tali mod li jmorru lil hinn minn biss diplomazija.

 

Infakkarhom li dan huwa pajjiż NEWTRALI u għandhom juru d-diċenza u jirrispettaw in-Newtralità ta’ Malta.

 

Pajjiżna m’ għandu qatt jintuża għal skopijiet oħra.

 

Malta m’ għandha qatt tittolera attivitajiet li jmorru oltre  minn ħidma diplomatika. 

 

Il-Gvern Malti għandu l-lobbligu jħares u jipproteġi liċ-ċittadini Maltin.

 

Fl-aħħarnett nappella lill-Gvern Malti sabiex jgħarbel dak li ktibt.