Climate Action Authority

Share

Il-Gimgha li ghaddiet kien hemm tnehdija t’awtorita li forsi ftit irrealizzaw l-importanza taghha. Pajjizna huwa l-ewwel pajjiz fl-Unjoni Ewropeja li waqqaf Awtorita biex tikkordina l-azzjoni klimatika.

 

Kienet opportunita fejn rajna il-gvern inhiedi din l-awtorita fil-prezenza tar-rapprezentanta tal-Opozizzjoni u diversi ghaqdiet, imsiehba socjali u assocjazzjonijiet differenti li nghaqdu flimkien.

 

Wara kollox it-tibdil fil-klima hija sfida li taffettwa lil pajjiz kollu kemm hu. Il-Prim Ministru Robert Abela qal li din it-tnehdija tenfasizza r-responsabilita kollettiva ta’ pajjiz shih.

 

Naqblu ma’ dak is-sentiment u din ir-responsabilita trid tinhass minn kulhadd, minn fuq s’isfel biex kulhadd vera jkun qed jaghmel il-parti tieghu.

 

Il-Climate Action Authority hija l-ewwel waħda tax-xorta tagħha fl-Ewropa u li l-għan aħħari tagħha huwa li tiżgura li l-effetti tal-bidla fil-klima jkunu segwiti ħalli pajjizna jkun qed jaghmel il-parti tieghu b’mod effettiv u b’saħħtu.

 

L-Awtorità se tagħmel dan billi tisma’, tikkordina, u tieħu azzjoni, fosthom anki b’leġislazzjonijiet u regolar, filwaqt li tikkonsolida l-isforzi maqsuma tal-passat f’ħidma waħda kollettiva għall-azzjoni klimatika.

 

 

Il-Ministru Miriam Dalli kienet il-mohh wara t-twaqqif ta’ din l-awtorita. Meta giet imnehdija din l-awtorita hi tkellmet dwar l-ambizzjoni u l-kuragg li pajjizna ghandu jkollu minkejja ċ-ċokon tieghu. Din mhux l-ewwel darba li ricentement Malta kienet minn ta’ quddiem nett f’dan il-qasam. Is-sena li ghaddiet grazzi għall-inizjattiva bil-MED 9, Malta għall-ewwel darba gabet flimkien disa’ pajjiżi tal-Unjoni Ewropea fil-Mediterran li qablu li jagħmlu mill-Mediterran hub ta’ enerġija nadifa. Dik l-inizjattiva tkompliet din is-sena f’Cipru.