Il-Maġistrat Monica Vella għandha tigi impeached jekk ma tirriżenjax minn jeddha

Share

Il-bierah ktibt li l-magistrat Monica Vella m’ghandiex tibqa tisma’ l-każ tal-ġlieda tal-Ħamrun ghax r-ragel tagħha huwa Pulizija fi grad għoli. Hi kienet tressqet l-Qorti quddiem il-magistrat Joe Mifsud għax ma daħħlitx l-VAT returns għal snin twal.

 

Din hija raġuni biżżejjed għax m’għandiex tkun maġistrat.

 

Screenshot

 

 

Imma hemm agħar. Bħalissa qegħdha f’nofs kontroversja kbira u dabbret ħasla mingħand l-Imħallef Wenzu Mintoff. Illum storja front page Maltatoday. Il-Ministru irraportaha ukoll.

 

Jonathan Attard

Imma baqa’. Ninsab infurmat li din diġà għandha proċeduri koroh quddiem il-Kumitat ta’ Dixxiplina tal-Ġudikanti.

 

Monica Vella qed tagħmel isem ħażin lil ġudikatura. Għandha tirriżenja minn maġistrat jew titneħħa minnufih.