Part 2: Żewġ Bewwiela

Share

Huwa bla sens li Malta Today jistaqsu jekk Anton Camilleri l-Franċiż iltaqax ma’ Robert Abela u Bernard Grech.

 

Ovvja li ltaqgħu.

 

Taf x’ inhi aktar bla sens mill-mistoqsija tal-Malta Today?

 

It-tweġiba ta’ Robert Abela u Bernard Grech.

 

Ħarġu ta’ żewġ bewwiela.

 

Ara kif gejna f’ dan il-pajjiz b’ żewġ kapijiet li lanqas għandhom il-bajd jgħidu li jiltaqgħu mall-investituri.

 

 

Jibżgħu li l-gazzetti se joqgħodu jitkażaw.  Jien qed nitkaża issa li għandna kapijiet li joqgħodu jduru mal-lewża.  Kif nista’ nafdahom fuq affarijiet oħra?

 

Ftit ħin ieħor se nitkellem dwar James Debono li għamel din il-mistoqsija.