Il-Partit Laburista kif ukoll il-Gvern għandhom bżonn Tmexxija ġdida. B’mod speċjali l-Gvern, għaliex l-ewwel interess tagħna għandu jkun il-pajjiż.
Illum se nibda analiżi politika maqsuma f’ serje ta’ artikli qosra, iżda diretta u mingħajr tidwir.
Kelmuni bosta persuni minn kull qasam tas-soċjetà; ħaddiema tal-id, negozjanti, professjonisti, membri fil-korpi dixxiplinarji, persuni fil-ġudikatura. Kollha urew diżappunt iżda wkoll tħassib serju għas-sitwazzjoni li jinsab fiha l-Gvern Laburista.
Jekk nibqgħu sejrin hekk, il-Partit Laburista se jitlef l-elezzjoni jew jirbaħ bi żblixx u jkollna Gvern bla sinsla kif kien ta’ Gonzi fl-2008.
Se nagħmilha ċara; jekk il-Partit Laburista jkun fortunat u jirbaħ l-elezzjoni ġenerali bi żblixx, tkun sitwazzjoni agħar milli kieku tilef l-elezzjoni.
Tgħiduli għaliex?
Ngħidilkom fl-artiklu li jsegwi.