Part 2 : Ħtieġa ta’ Tmexxija Ġdida

Share

Jekk il-Partit Laburista jkun fortunat u jirbaħ l-elezzjoni ġenerali bi żbrixx, tkun sitwazzjoni agħar milli kieku tilef l-elezzjoni.

 

Għaliex?

 

 

Ejja niftakru f’dak li għadda minnu Gvern Nazzjonalista ta’ bejn l-2008 u l-2013. Ħames snin ta’ kriżi bla preċedent, fejn għamel minn kollox minbarra igverna kif kull gvern leġittimu għandu jmexxi.

 

L-aħħar sena ta’ dak il-Gvern kienet sena li qatt ma rajna bħala mill-Indipendenza ‘l hawn. Kelna sitwazzjoni ta’ kriżi fi kriżi, u li kull xahar konna nistennew li se jaqa’ l-Gvern. Sa ma tilef vot marbut mal-Budget u waqa’.

 

Dan kollu għaliex rebaħ dik l-elezzjoni bi żbrixx.

 

Maġġoranza relattiva ta’ 1500 vot u li ġiet riflessa f’ nofs siġġu parlamentari aktar.