Għall-ewwel darba mill-2008 għandna sitwazzjoni bil-Mexxej anqas popolari mill-Partit u bil-Partit Laburista mingħajr maġġoranza assoluta.
Ejja ngħidu kollox.
Sal-elezzjoni tal-2022, Robert Abela kien sejjer tajjeb bis-saħħa tal-Covid.
Xogħol Robert Abela kien biss li jonfoq il-flus li sab biex kulħadd jibqa’ komdu fi żmien il-pandemija.
Sitwazzjoni li tfakkarni fil-ġrajja bibblika tas-seba’ snin ta ġid fejn wara għamlu tajjeb għal seba’ snin ta’ għaks.
Bis-saħħa tal-ġid maħluq minn Gvern Laburista ta’ bejn l-2013 u l-2019, pajjiżna seta’ jkompli jiffunzjona.
Perjodu ta’ għaks litteralment ingħeleb bil-ġid li nħoloq qabel.
X’ġara wara il-pandemija? Ngħidilkom fis-segwenti.
1 Comment
Neville mux il kwantita imma l’kwalita. dawk l’eluf kbar servew biex dahlu hafna sriep fil partit ax kienu kolla opportunisti u minhaba fihom sofrew laburisti ta vera . so lets call a spade a spade. din dahhala Joseph u jibqa imsemmi ar rebha kbira enormi li gabilna fil pajjiz imma zmien urina li swietilna ta deni. WARA L’ ‘BUDGET TAL LLUM SER TIBQA TITOLBU BIEX IWARRAB.? come on !!