Repubblika – Mhux f’ Ġieħ ir-Repubblika (3)

Daphne Caruana Galizia

Share

“It-twettiq tar-rakkomandazzjonijiet tal-inkjesta pubblika dwar l-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia. Repubblika ttenni l-impenn tagħha li tkompli tagħmel pressjoni fuq il-Gvern biex jimplimenta dawn ir-rakkomandazzjonijiet.”

 

Il-mewt ta’ Daphne Caruana Galizia setgħet tigi evitata kieku ma kienitx mara prużuntuża u li kienet taħseb li ħadd ma jista’ ghaliha tant li rrifjutat li jkollha fixed point jiġifieri pulizija għassa mad-dar tagħha.

 

 

Dan kollu kitbitu hi stess. Li minkejja li l-istat anke fi żmien il-PN kien joffrila protezzjoni, hi li kienet taħseb li hi ta’ wara Alla, dik il-protezzjoni kienet tirrifjutaha.

 

Kieku kienet titlob protezzjoni u l-istat irrifjuta kieku iva l-istat kien ikollu xi responsabbiltà imma f’każ bħal dan fejn gvernijiet differenti offrewlha protezzjoni u kienet hi li rrifjutat, x’responsabbiltà għandu l-istat.

 

Responsabbiltà ta’ xejn.

 

Daphne Caruana Galizia

 

Responsabbli għal mewt ta’ Daphne huma dawk li se jinsabu ħatja mill-Qorti u għandha ftit tort hi ukoll li rrifjutat l-protezzjoni bi ksuħat. L-istat mhux responsabbli bl-ebda mod.