Budget li se jnaqqas it-taxxi

Share

“Għal sena oħra dan il-Gvern qed jiġi quddiem il-poplu b’budget ieħor pożittiv, b’tisħiħ ta’ miżuri soċjali u li joffri lill-pajjiż futur ekonomiku b’saħħtu.

 

Is-soltu, Sur President, imdorrijin nisimgħu li dan se jkun budget bla żieda fit-taxxi jew taxxi ġodda.

 

Din is-sena kburi ngħid li mhux talli se jkun hekk, iżda aktar minn hekk, se jkun budget li se jnaqqas it-taxxi.

 

Dan se nagħmluh mhux biss għax din hija wegħda elettorali ta’ dan il-Gvern, iżda għaliex l-ekonomija tagħna qed tkompli tħalli r-riżultati.” –

Clyde Caruana, Ministru għall-Finanzi