F’dawn l-aħħar budgets tajna ħafna lill-pajjiż

Clyde Caruana

Share

“Is-suċċess ekonomiku tal-aħħar 10 snin ħalla ħafna riżultati:

 

Ta opportunitajiet lil min irid jibda negozju

 

Il-qgħad hu xi ħaġa tal-passat

 

Ilħaqna l-ogħla rata ta’ nisa jaħdmu

 

Offra impjieg u dinjità lil persuni b’diżabilità

 

Sal-aħħar ta’ din il-leġiżlatura nkunu l-pajjiż bl-ogħla
persentaġġ ta’ nies jaħdmu fl-Unjoni Ewropea
Iżda dan ma jfissirx li għandna nieħdu l-ekonomija tagħna for granted.

 

Dawk il-pajjiżi li ma jifhmux il-kumplessitajiet tal-isfidi
quddiemhom, se jiffaċċjaw konsegwenzi fil-futur tagħhom.

 

Rajna x’ġara f’pajjiżi oħra Ewropej li tefgħu l-piż fuq nieshom.

 

Illum id-dell tar-riċessjoni u l-awsterità ġie fuqhom.”

 

– Clyde Caruana, Ministru tal-Finanzi.