Tkompli tinfaqa’ l-bużżieqa tal-PN dwar l-isptarijiet

Share

Tkompli tinfaqa’ l-bużżieqa tal-Partit Nazzjonalista li l-fondi mogħtijin lill-kumpanija Stewart mill-gvern mhux veru kienu qed jiġu investiti fis-sistema tas-saħħa ta’ pajjiżna.

 

L-estimi finanzjarji ppublikati mal-budget ippreżentat nhar it-Tnejn jikkonfermaw dan b’mod uffiċjali.

 

 

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech ilu xhur sħaħ jallega irregolaritajiet fir-rigward tal-fondi ivvotati għall-isptarijiet kemm dam fis-seħħ il-ftehim ma’ Stewart. L istess bħalu għamel il-Kap ta’ qablu Adrian Delia li issa huwa s-Shadow Minister għas- Saħħa. 

 

Għaldaqstant kieku huwa minnu li l-flus mogħtijin lil Steward ma intużawx għall-amministrazzjoni tal-isptarijiet, issa li Stewart telqu minn Malta, kien mistenni li l-fondi allokati għall-isptarijiet kellhom ikunu inqas mis-snin li għaddew.

 

Madankollu dak li l-Partit Nazzjonalista ilu jallega għal xhur sħaħ ma ġarax. L-estimi finanzjarji juru li l-ispiża għall-isptarijiet għas-sena l-oħra, sakemm kien hemm Steward, laħqet kważi €75 miljun. Għal din is-sena din l-ispiża telgħet għal €89 miljun. U għas-sena d-dieħla se terġa’ tiżdied għal ftit inqas minn €99 miljun. 

 

Fuq medda ta’ sentejn l-ispiża fuq l-isptarijiet mhux talli ma naqsitx kif suppost kellha tagħmel skont l-allegazzjonijiet ta’ Bernard Grech u ta’ Adrian Delia, talli se tkun żdiedet b’€24 miljun