Għal min huwa midħla fil-politika, anzi fil-kommunikazzjoni politika, jaf li ħafna drabi il-Gvern jew Oppożizzjoni joħorġu b’aħbar tajba jew pjan kbir is-Sibt, biex il-Ħadd filgħodu jinqabad mill-faċċati ewlenin tal-gazzetti.
Hekk għamel il-Gvern il-bieraħ u ħalla f’idejn il-photocopier Chris Bonett li flok ħareġ bi pjan ġdid, ikkopja dak li ilna nismgħu dwaru.
Diżappunt mhux biss personali (bħal meta kkontesta għal President tal-MFA), iżda umilja lil Gvern u l-Prim Ministru lejliet diskors importanti fuq il-budget fil-Parlament‼️
Ma nafx kif għandu l-wiċċ imur il-Parlament għar-replika tal-Kap tal-Oppożizzjoni. Min jaf kemm se jgħaddih biż-żmien‼️
Ser nagħti biss żewġ screenshots minn gazzetta biex wieħed jifhem kemm il-pjan Bonett huwa pjan riċiklat.
Dwar il-proposta tal-waste collection, infakkar lill-poplu li kien kunsill lokali b’maġġoranza Laburista f’ San Pawl il-Baħar li madwar għoxrin sena ilu introduċiha għall-ewwel darba.