“L-arloġġ m’għandux jiddawwar lura. Meta żmienek tkun għamiltu, terġax lura”.
Prim Ministru,
Nixtieq inkun naf min qed jagħtik il-pariri. Għax jekk din il-kwotazzjoni u oħrajn bħala kienu teoriji tiegħek, allura għandek problema kbira.
Bħala avukat f’awla tinżgħalek il-kappell, però dawn it-teoriji politiċi tiegħek juru li l-politika ma twelidtx biha.
Huwa fid-dmir tiegħek bħala Mexxej li kliemek jirrifletti l-għaqda u mhux il-firda.
Illum għandu jkun jum li tieħu lezzjoni minnu. Il-President Amerikan Joe Biden, il-Viċi President Harris u l-Mainstream Media Amerikana kienu jirreferu għal Trump bħal ma irreferejt int għal esponenti Laburisti bħalek.
Illum il-poplu Amerikana sfiduċjahom bil-kbir. Il-poplu Amerikan ivvota kontra s-suppervja u l-arroganza.
X’ taħseb Wiggy?