Ipokrezija tal-PN (5) : David Gonzi

Share

L-avukat David Gonzi, iben l-eks Prim Ministru Lawrence Gonzi, l-ewwel daħal jaħdem mal-Awtorità ta’ Malta dwar il-Komunikazzjoni meta missieru kien Viċi Prim Ministru u eventwalment imbagħad ingħata żieda fis-salarju u promozzjoni meta missieru sar Prim Ministru. Dan kollu fi tlett snin biss.

 

L-avukat David Gonzi daħal jaħdem mal-Awtorità ta’ Malta dwar il-Komunikazzjoni fl-10 ta’ Diċembru 2003 bħala Legal Advisor. Wieħed u għoxrin sena ilu kellu salarju ta’ €20,000 fis-sena. Dak iż-żmien missieru, Lawrence Gonzi, kien il-Viċi Prim Ministru ta’ Malta.  Ftit xhur biss wara li daħal ma’ din l-Awtorita, David Gonzi ingħata żieda ta’ €3,000 fis-sena fis-salarju. Minn April 2005 iben Lawrence Gonzi beda jitħallas €23,000 fis-sena. Iktar tard sar ukoll  Senior Legal Advisor tal-Awtorità ta’ Malta dwar il-Komunikazzjoni.

 

 

David Gonzi

 

L-avukat Gonzi rriżenja minn din il-kariga f’Diċembru 2006. Kemm dam jaħdem ma’ din l-Awtorità, David Gonzi kellu assigurazzjoni tas-saħħa, il-kontijiet tat-telefon ċellulari u tal-linja fissa u l-internet tad-dar imħallsa.

 

Fl-istess żmien li kien jaħdem mal-Awtorità ta’ Malta dwar il-Komunikazzjoni, David Gonzi waqqaf il-kumpanija Global Translation Solutions Ltd. Wara li telaq minn ma’ din l-Awtorita, Global Translation Solutions Ltd ingħatat għal numru ta’ snin xogħol tal-gvern, meta Lawrence Gonzi kien Prim Ministru.

 

B’kollox Global Translation Solutions Ltd tħallset mat-€30,000 f’xogħol mill-gvern, anki permezz ta’ direct orders. Anki l-Uffiċċju tal-Prim Ministru mmexxi minn Lawrence Gonzi ta’ xogħol lill-kumpanija ta’ iben l-istess Gonzi, David.