L-Ipokrezija ta’ Lawrence Gonzi (1)

Share

Dottor Gonzi,

 

Int dalgħodu ktibt kif tal-Labour iwaqqgħu l-ġebla fuq saqajhom, b’referenza ċara għalija.

 

Mela ejja naraw min waqqa’ l-ġebla fuq saqajh Dottore.

 

Ħa nibdew biċċa biċċa.

 

Veru li impjegati miegħek f’ Kastilja kien hemm ċertu Charles Bonello u Charmaine Gerada?

 

Charles Bonello

Għandek ritratt ta’ Charles ħalli jekk forsi insejt min hu, tiftakru.

 

It-tnejn li huma kellhom kariga għolja ħafna fis-segretarjat tiegħek u kienu koppja fil-ħajja privata.

 

Tikkonferma jew tiċħad Dottor Gonzi?