L-Ipokrezija ta’ Lawrence Gonzi (2)

Share

Dottor Gonzi,

 

Int dalgħodu ktibt kif tal-Labour iwaqqgħu l-ġebla fuq saqajhom, b’referenza ċara għalija.

 

Mela ejja ħa nkomplu naraw min minnek u minni waqqa’ l-ġebla fuq saqajh.

 

Dalgħodu ftit wara li ħriġt tiċħad li Leonard Callus mhuwiex qarib ta’ martek, dan is-sit ippubblika artiklu ieħor. Din id-darba dwar ċertu Dr. David Gonzi.

 

Jidher ċar li Dr. David Gonzi ma hu ħadd ħlief ibnek David. Nimmaġina li dan l-artiklu qrajtu, però issa donnok waqajt fil-muta u la ħriġt tikkonferma u wisq anqas tiċħad.

 

 

David Gonzi

 

Qed nehmez l-artiklu dwar Dr. David Gonzi li kien ippubblikat aktar qabel.

 

https://nevillegafa.com/2024/11/08/ipokrezija-tal-pn-5-david-gonzi/

 

Min waqqa’ l-ġebla fuq saqajh Dottor Gonzi?