Dan il-blog tant hu popolari li anke Lawrence Gonzi jsegwih

Share

Ftit tal-ħin ilu l-ex kap tal-PN Lawrence Gonzi wieġeb għal blogpost fuq dan s-sit.

 

Dan juri dak li kien diġà magħruf li dan s-sit għandu following qawwi saħansitra minn ex Prim Ministru li ħass il-bżonn li jirreaġixxi għax jaf li dan is-sit għandu following u kredibbiltà.

 

Imma kien selettiv.

 

X’ tahseb Dr. Gonzi dwar ir-rivelazzjonijiet esklussivi dwar Daphne Caruana Galizia, dik li kissritlek partit?

 

X’ għandek tgħid dwar il-fatti mikxufa esklussivament minn dan is-sit dwar meta fit-8 ta Dicembru 2009 żewġha rrapurtaha fuq aggressjoni vjolenti meta kmieni wara nofsinhar għal ħabta tas- 1pm ferietu fuq moħħu?

 

Ta meta wara l-5pm, jiġifieri wara li sar ir-rapport minn Peter Caruana Galizia, ċemplulha l-Pulizija tal-Mosta, lanqas tagħat kashom u qatgħatilhom it-telefon?

 

Din mhux impunita’ fi żmienek?

 

Il-Pulizija kienu jibżgħu minn Daphne fi żmienek?

 

Għax m’arrestawhiex u ressquha l-Qorti b’ urġenza kif jigri llum?

 

Tal-mistħija Dottor Gonzi. Il-Pulizija tal-Ghassa tal-Mosta naqsu li jagħtu protezzjoni lil Peter li kien vittma tal-vjolenza domestika mwettqa minn seħbitek Daphne Caruana Galizia.

 

Din l-idolu tiegħek Dr Gonzi. Taqbel li jiġi maħtuf il-monument tal-Assedju f’isem persuna vjolenti li ġiet akkużata minn żewġha bi vjolenza domestika?

 

Naf li ssegwu dan s-sit Dr Gonzi. Naf li qed tibżgħu mill-verità li ħarġet u li għad trid toħroġ. Nassigurak li se joħroġ kollox Dottor Gonzi. Kollox.