Dak li qed jiżvela dan is-sit b’mod esklussiv qatt ma ġie ppublikat qabel u juri kemm għad baqa’ x’ joħroġ dwar Daphne Caruana Galizia.
Dak li se niżvela f’dan il-blog huwa l-iktar xokkanti sa issa. Dan se jiġi mibgħut lil MEPs kollha u lil ġurnali bħal New York Times.
Fit-8 ta Diċembru 2009 fis-1:00pm Daphne feriet lil żewġha Peter f’moħħu b’daqqa ta’ plattina tal-ħġieġ. Jista’ jkun li kienet kikkra. Però żgur tal-ħġieġ.
Għal-ħabta tal-5:00pm Peter mar l-Ghassa tal-Mosta jagħmel rapport lil Pulizija.
Il-pulizija ċemplu lil Daphne però din qaltilhom “Ma nistax nemmen. Ħallina” u qatgħet il-linja.
Kieku jien jew intom nagħmlu hekk niġu arrestati minnufih. Imma Daphne kienet tgawdi minn impunita’ taħt GonziPN.
Wara lj qatgħet il-linja però minflok marru jarrestawha kif suppost għamlu anke biex jipproteġu lil żewġha, reġgħu ċemplulha t-tieni darba.
U hawnekk se taraw kif Daphne Caruana Galizia fi żmien GonziPN kienet tħossha ‘l fuq mil-liġi u b’impunita’ totali.
Meta reġgħu ċemplulha l-Pulizija għat-tieni darba wara li kienet sawtet lil żewġha, x’ taħsbu li qaltilhom lil Pulizija?
“Dak ir-raġel tiegħi. Il-Pulizija m’għandhomx x’jaqsmu u se naqta’ l-linja”
Affarijiet xokkanti. Affarijiet li juru kemm Daphne Caruana Galizia kienet taħseb li ħadd ma jista’ għaliha u li tista’ tibbulija lil kulħadd.
Affarijiet li juru kemm taħt GonziPN l-vittmi tal-vjolenza domestika ma kienux protetti.
Din mhux biss sawwtet lil żewġha iżda wkoll m’obdietx l-ordni tal-Pulizija darbtejn u stmathom daqs beżqa.
Ma ġietx arrestata fuq il-feriti fuq żewġha u lanqas meta injorat l-ordnijiet tal-Pulizija u qatgħetilhom il-linja f’wiċċhom.
Fuq dan kollu għad irid jinkiteb ktieb li jintbagħat lil MEPs kollha.
Din l-informazzjoni ġdida se tintbagħat lil Fondazione Falcone u lil President tar-Republika.
L-informazzjoni li qed niżvela b’mod esklussiv hija korretta u preċiża. Mhux se jagħmluli libell.
Iċċassaw. Tbellħu. Ma jafux x’se jagħmlu. Ħallejthom kollha bla kliem.
Baqa’ ħafna x’ joħroġ. Għalissa nieqaf hawn.
L-istorja ta’ Daphne għadha miftuħa beraħ u qed tibda tinkiteb issa.
Kull min jimxi wara l-kawża ta’ Daphne qed jinsulta lil vittmi tal-vjolenza domestika.
2 Comments
PROSIT NEVILLE GAFA , I SUGGEST THAT YOU AND MANUEL CUSCIERI JOIN FORCES TO FIGHT THE PN FAXXIZMU , HUNDREDS IF NOT THOUSANDS WILL BE BEHIND YOU . GOOD LUCK AND GOD BLESS
Prosit kompli ikxfilhom li qed jghattu. Issa xbajna mill-gideb u tfiegh ta tajn. Grazzi.