Riferenzi għar-Rapport tal- Kummissarju għall-iStandards fil-Ħajja Pubblika

Share

Fuq il-mezzi soċjali qed naraw diversi esperti li nassigurakom li ħadd minnhom ma azzarda jaqra’ r-rapport sħiħ, iżda qagħdu fuq il-media li ovvjament se tikkwota fejn u kif jaqblilha.

 

Qed nirreferi għall-istess media “indipendenti” li qed tirċievi ħlas mingħand Membri Parlamentari sabiex tirriklama lilha nnfisha!

 

Nerġa’ nirreferi għar-rapport. Jekk taqraw ir-rapport tal-Kummisarju sew tindunaw diversi punti li l-media jew qiegħda tagħżel li ma tirrapurtax jew agħar minn hekk, qiegħda tiġi IMGIEGĦLA li ma tirrapurtax għall-skopijiet tagħha. U dan huwa t-tħassib tan-nies, illi media hekk imsejħa indipendenti tinsab mixtrija u maħkuma minn terzi persuni:

 

 

Se nkun qed nagħmel diversi argumenti sabiex nispjega il-għaliex hemm diversi punti li m’humiex korretti:

 

1) L-ingaġġ ġie stipulat skont il-‘Manual on Resources Policies’ li l-Ministri u Segretarji Parlamentari huma OBBLIGATI li jsegwu.

 

Din il-proċedura ta’ kif jiġu ingaġġati persuni fl-SPU u fis-segretarjati privati tal-Ministri ilha fis-seħħ għal żmien twil, anka taħt Amministrazzjoni Nazzjonalista. Il-Ministri segwew il-proċedura KOLLHA kif inhu stipulat minnhom.