Riferenzi għar-Rapport tal- Kummissarju għall-iStandards fil-Ħajja Pubblika (2)

Share

Nerġa’ nirreferi għar-rapport. Jekk wieħed jaqra r-rapport tal-Kummisarju jinduna li diversi punti li l-hekk imsejħa media Indipendenti jew qiegħda tagħżel li ma tirrapurtax jew agħar minn hekk, qiegħda tiġi IMGIEGĦLA li ma tirrapurtax għall-skopijiet ulterjuri. 

 

2) Il-kwistjoni tal-kwalifiċi.

 

Persuna li tiġi ingaġġata bħala Person of Trust/SPU/Segretarjat Privat minn Ministru/Segretarju Parlamentari tiġi ingaġġata fuq bażi ta’ fiduċju (u għalhekk hija person of TRUST).

 

Fil-Manwal m’hemm l-EBDA riferenza li persuna irid ikollha xi tip ta’ kwalifika sabiex tiġi ingaġġata. Fil-fatt il-Kummissarju jagħmel referenza ċara hu stess fir-rapport punt 151 fejn jgħid iswed fuq l-abjad illi “il-manwal ma jinkludi ebda kriterji għall-għażla ta’ policy consultant jew għall-iffissar tas-salarju u l-allowances tagħhom”.

 

Din hija prova ċara illi l-Ministru Clint Camilleri ma kiser l-ebda regolament, anzi mexa’ mal-Manwal kif titlob il-proċedura. Issa jekk il-Manwal fih xi nuqqasijiet kif irraporta ukoll l-Kummissarju tal-Istandards, se jeħel il-Ministru Camilleri li mexa mal-istess Manwal maħruġ miċ-Ċivil?

 

Iġifiri l-alternattiva hija li ma jsegwix il-Manwal u allura jkun verament qed jikser l-regolamenti taċ-Ċivil?

 

Inħalli lilkom tiġġudikaw!