Marlene Bonnici qed tigi nominata sabiex tkun l-Ambaxxatur bilaterali ta’ Malta fil-Ġermanja. Kapitali importanti iżjed u iżjed fil-kuntest tal-Unjoni Ewropea. Ambaxxatur li titkellem il-lingwa, familjari mas-sistema politka u apprezzata mill-Gvern Malti.
Vanni Xuereb ser ikun qed jiġi nominat għal Ambaxxatur bilaterali fil-Belgium, post li sal-lum jinsab okkupat minn Clint Tanti.
Tanti huwa maħsub li ser imexxi l-Kabinett tal-Kummissarju nominat Glenn Micallef fil-Kummissjoni Ewropea.
Neil Kerr, li serva bħala Deputat Rappreżentant Permanenti ta’ Malta għall-Unjoni Ewropea, issa qed jiġi kkunsidrat li jkun appuntant minflok l-Ambaxxatur Bonnici u fdat bit-tmexxija ta’ Dar Malta.