Mistoqsija oħra lill-Kap tal-PN (3)

Share

Sur Kap tal-Oppożizzjoni,

 

jekk kemm-il darba jkollok Deputat Parlamentari li għamel is-snin ma jmurx għax-xogħol il-freeport u jieħu l-paga xorta, x taħseb li għandu jagħmel?

Jekk dan id-Deputat Parlamentari jiġi nvestigat ikollu jħallas il-paga kollha li ħa b’lura?

 

U jekk jinqabad li jkun gideb lis-superjuri tiegħu biex isib skuża għaliex ma jmurx għax-xogħol, taħseb li għandu l-integrità biex iservi bħala Deputat Parlamentari?

 

U jekk ikollu jinvestigah il-Kummissarju tal-iStandards għall-Ħajja Pubblika, dan jiġi ksur ta’ etika?