Jekk kemm-il darba jkollok Deputat Parlamentari li matul il-jum suppost ikun qed jaħdem fi ħdan id-Dipartiment tal-Edukazzjoni, imma ma jmurx għax-xogħol u jieħu l-paga xorta, x taħseb li għandu jagħmel?
Jekk dan id-Deputat Parlamentari jiġi nvestigat ikollu jħallas il-paga kollha li ħa b’lura?
U jekk jinqabad li jkun gideb lis-superjuri tiegħu biex isib skuża għala ma jmurx għax-xogħol, taħseb li għandu l-integrità biex iservi bħala Deputat Parlamentari?
Taħseb li huwa denju għalih li jaħdem f’post fejn irid jagħti eżempju lit-tfal?
U jekk ikollu jinvestigah il-Kummissarju tal-iStandards għall-Ħajja Pubblika, dan jiġi ksur ta’ etika, frodi u miżaproprjazzjoni ta’ fondi pubbliċi?