Jekk kemm-il darba jkollok Deputat Parlamentari li matul il-ġurnata suppost ikun qed jaħdem bħala Principal Technical Officer l-Enemalta, u minflok juża l-ħin tiegħu biex jaħdem fuq il-politika x’taħseb li għandu jagħmel?
U jekk jitlaq kmieni minn fuq il-post tax-xogħol, imma xorta jieħu l-paga sħiħa, dak jikkostitwixxi favoritiżmu fil-konfront tiegħu?
Jekk dan id-Deputat Parlamentari jiġi nvestigat, ikollu jħallas il-paga żejda li ħa b’lura?
U jekk juża l-vettura tal-Gvern meta mhux suppost, jikkostitwixxi benefiċċju li mhux intitolat għalih?
U jekk jinqabad li jkun gideb lis-superjuri tiegħu biex isib skuża għal ma jmurx għax-xogħol, taħseb li għandu l-integrità biex iservi bħala Deputat Parlamentari?
U jekk ikollu jinvestigah il-Kummissarju tal-iStandards għall-Ħajja Pubblika, dan jiġi ksur ta’ etika?