Illum Matthew Caruana Galizia, dak li ommu kienet tevadi t-taxxa u ssawwat lil missieru, staqsa lil Ministru Jonathan Attard dwar riformi fil-Ġustizzja.
Jonathan Attard mhux se jwieġbu però se nwiegbu jien.
Sur Matthew Caruana Galizia dwar s-sitwazzjoni fi żmien GonziPN staqsi lil missierek Peter kif trattawh il-Pulizija tal-Mosta meta mar jirraporta lil ommok talli waddbitlu plattina jew kikkra tal-ħġieġ.
Missierek jista’ jgħidlek kif dak iż-żmien il-Pulizija kienu jibżgħu minn ommok u ma offrewlu protezzjoni ta’ xejn.
Nistaqsik iktar.
Għaliex ommok fil-Blog tagħha qatt ma kienet tattakka lil Tonio Borg biex jagħmel riformi fil-gustizzja?
Ara dak iż-żmien ommok kienet komda li ma jsirux riformi. Għax fi żmien GonziPN skont ommok kollox kien perfett.
Se nistaqsik domanda oħra.
Meta inti kellek il-kawża tad-drogi. Michael Cassar, dak iż-żmien imexxi l-iSkwadra kontra d-Drogi kien tak xi għajnuna? F’hiex kienet tikkonsisti?
Għandi iktar domandi għalik però għalissa nieqaf hawn.
Tajjeb li nfakkru d-diżastru fil-Ġustizzja taħt GonziPN u Tonio Borg għax intom tipprovaw tnessu.