Filwaqt li qrajtu ħafna dwar x’ qalet il-Fake Expert Miroslava Milenovic, ma rajtuhiex fil-Qorti.
Ha niddeskrivi x’ laqatni.
Daħlet liebsa blouse abjad eżatt jgħattilha spallejha u għalhekk bilkemm jgħaddi bħala dresscode ta’ awla.
Xagħra kien imgerfex u mhux magħmul.
F’ idejha l-leminija kienet liebsa ingwanta sewda. Fix-xellugija xejn. Għall-ewwel ħsibtha xi faxxatura izda wara indunajt li ngwanta normali. Fashion statement hsibt. Aktar tard irrealizzajt li aktarx kienet qed tipprova timita lil eroj tar-rezistenza tal-Afro Amerikani fis-sittinijiet u sebghinijiet.
Sinjura Fake Expert, la int Afro Amerikana u lanqas eroj. Dawn ma jaħarbux kif qed taħrab int.
1 Comment
The Real Person!
The Real Person!
Ara ghal min thalsu l 11k minn fuq daharna