Ilment Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika (3)

Share

Qed nippubblika Lment ieħor li bagħat lill-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika. 

 

Dan relatat mal-Membru Parlamentari Nazzjonalista Ivan Castillo.

 

Għaddew 11- sena mindu l-Moviment li bena madwaru il-Partit Laburista ikkundanna lill-PN għal snin twal fl-Oppożizzjoni. Però għalkemm għaddew dawn is-snin kollha, baqgħu jemmnu f’żewġ elementi perikolużi; Impunita’ u Superjorita’.

 

Sinjuri tal-PN, dak iż-żmien għadda, u l-Partit Laburista se jkun qed jurikom li wasaltu għal tidrisa massiva oħra.

 

 

 

Dr Joseph Azzopardi

Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika

11, Triq San Pawl,

il-Belt Valletta VLT 1210,

Malta

 

Ilmentatur: Neville Gafà

Data tal-Ilment: Is-Sibt 16 ta’ Novembru 2024

 

L-Ilment :

 

Jirrigwarda l-Onorevoli Ivan Castillo, Membru Parlamentari Partit Nazzjonalista – L-Erbatax-il Leġislatura li ġġib il-bidu tagħha 2022.

 

Illi l-Onorevoli Ivan Castillo huwa impjegat mal-Korporazzjoni Enemalta bħala Principal Technical Officer.

 

Illi l-Onorevoli Ivan Castillo jitlaq kmieni minn fuq il-post tax-xogħol.

 

Illi l-Onorevoli Ivan Castillo juża l-ħin li suppost qed jagħti servizz lill-Enemalta, biex jagħmel ħidma politika.

 

Illi l-Onorevoli Ivan Castillo jitlaq kmieni minn fuq ix-xogħol, iżda xorta jieħu l-paga sħiħa.

 

Illi l-Onorevoli Ivan Castillo jagħmel użu minn vettura/i tal-Korporazzjoni Enemalta meta mhux suppost.

 

Illi l-Onorevoli Ivan Castillo jġib skużi diversi lis-superjuri tiegħu biex ma jmurx jew jitlaq mix-xogħol qabel ma jkun għamel il-ħin kollu dovut minnu bħala impjegat tal-Korporazzjoni Enemalta.

 

 

Sur Kummissarju,

 

Kull Deputat Parlamentari huwa marbut bil-kodiċi ta’ etika għad-Deputati li jinsab fl-ewwel skeda tal-Att dwar Standards fil-Ħajja Pubblika.

 

Membru tal-Kamra tad-Deputati għandu f’kull waqt, sew jekk ġewwa jew barra l-Kamra, iġib ruħu b’mod li jkun jixhed l-istatus u d-dinjità tal-Kamra tad-Deputati.

 

Nemmen li meta l-Onorevoli Ivan Castillo jitlaq kmieni minn fuq il-post tax-xogħol u addirittura jibqa’ jitħallas b’mod regolari, u mill-flus il-poplu, allura qed jikser il-kodiċi ta’ etika għad-Deputati.

 

L-Onorevoli Ivan Castillo qed jonqos milli jsegwi l-obbligu etiku jew dmir ieħor li joħroġ mil-liġi. F’ dan il-każ għaliex huwa impjegat maċ-ċivil u allura mħallas mill-Istat.

 

Għaldaqstant, permezz ta’ dan il-komunikat, qed ġentilment nitolbok tinvestiga lil l-Onorevoli Ivan Castillo għal dan l-abbuż li jista’ jirriżulta fi ksur tal- kodiċi ta’ etika għad-Deputati.

 

Tislijiet,

 

Neville Gafà