Paul Bonello, li jien inqisu bħala kompetenti u ġentlom, ħareġ jaqbeż għal Fake Expert Miroslava Milenovic.
Qalilna imbilli m’ għandhiex warrant, l-importanti li Certified Accountant. Qagħad fuq x’ sab fuq l-internet qal.
Aqra’ sewwa x’ ippreżentat fil-Qorti Sur Bonello għax naħseb aktar importanti milli x’ issib fuq l-internet.
Miroslava Milenovic qalet li saret Certified Accountant b’ kors ta’ 5 xhur. Niddubita ġġibx l-ECDL tal-computers f’ 5 xhur aħseb u ara ssirx accountant.
Qalilna ukoll li kkwalifikata fil-ġlieda kontra terroriżmu u kriminalita’. Naħseb li s-Sur Bonello mill-ġdid qagħad wisq fuq informazzjoni li poġġiet fuq l-internet il-Fale Expert bla ma għarbilha sew. Tajjeb jara sew x’ inhuma dawn il-kwalifiċi u kif jinġabu.
Nassigurah li jitbellah kif jibda jfittex.
Kieku stess dan kollu minnu, għaliex kif ġiet esposta qalet li se tirtira, mardet u għażlet li ma tixhidx?