It-tabib Stephen Spiteri huwa diżunur għal partit tiegħu u għal politika in ġenerali mhux biss minħabba l-lifestyle magħrufa u l-iskandlu taċ-ċertifikati foloz iżda wkoll minħabba li nqabad fis-sodda mal-avversarju.
Issa wara li pruvaw iwarrbuh billi ħadulu l-portafoll ta’ shadow tas-Saħħa, se jkollom jissaportu ieħor mil-kukkanja tiegħu, ċertu Duncan Borg Myatt li ilu jikkontesta xi għoxrin sena u dejjem baqa’ l-art.
Wara li kien qisu qata’ qalbu issa reġa’ tħajjar.
Iħufu madwaru għandu l-prim canvasser ta’ Stephen Spiteri u xi erba’ oħra. Jekk jagħmel suċċess daqs kemm diġà għamel mhux se jiġbor ħafna voti però fil-PN issa se jkun hemm ieħor mil-kukkanja ta Stephen Spiteri.