Stqarrija għall-Istampa

Share

Sar rapport lill-Pulizija

 

Illum wara nofsinar għamilt rapport l-Għassa tal-Belt dwar teħid u tħażżiż fuq placards propjeta tiegħi. Il-placards huma dwar il-każijiet ta evażjoni ta’ taxxa u vjolenza domestika li kellha Daphne Caruana Galizia.

 

Il-bieraħ kien hemm l-vigil u jista’ jkun li waqt l-vigil ġew meħudin jew mċaqalqa.

 

Jekk il-klikka ta’ Daphne għandhom dritt għal-libertà tal-espressjoni, dak id-dritt għandi jien ukoll u intom ukoll.

 

Minix se nieqaf qabel il-monument tal-Assedju fil-Valletta jerġa’ jsir ta’ kulħadd.

 

 

Jekk se jibqgħu ipoġġu r-ritratti ta’ Daphne jien se nibqa’ npoġġi placards sabiex nesponi min kienet verament. Bil-barranin iqarrqu però bina l-Maltin mhux se jqarqu.

 

Meta jieqfu jpoġġu l-placards nieqaf jien. Kull min jara l-placards tagħhom jara tiegħi ukoll. Qed neżerċita d-dritt tal-libertà tal-espressjoni.

 

Nappella lil pubbliku sabiex min ikollu informazzjoni jgħaddihieli anke b’ mod kunfidenzjali

 

Illum 17 ta Novembru 2024