Sbieħ it-Tnejn ġejt fuq il-monument tal-Assedju l-Kbir. Erġajt sibt li l-placards li poġġejt sbieħ il-Ħadd filgħodu reġgħu insterqu. Il-bieraħ għamilt rapport lill-pulizija dwar dan.
Sadanittant erġajt poġġejt placards ġodda. Placards b’messaġġi li jesponu min vera kienet din l-eroj ta’ klikka nies.
Tiftakru kemm qajmu storbju meta lill-klikka ta’ Daphne ħadulhom il-placards tagħhom? Jien l-istess se nagħmel. Se nqajjem kjas.
Issa wara li għamilt rapport lill-pulizija, nistenna li jittieħdu passi kontra min ħadhom.
Infakkar li mhux ‘il bogħod mill-monument hemm cameras tas-sigurtà, u dawk il-kodardi li qed jisirquli l-placards se jinqabdu.
Il-monument mhux propjetà tagħkom. Il-monument huwa tagħna lkoll.