Esklussiva – Sentenza bla preċedent mill-Qorti Kostituzzjonali

Share

“Bis-Sentenza lil tat il-Qorti Kostituzzjonali llum, il-Qorti Kriminali li qed tisma’ l-każijiet dwar l-Ordni ta’ Qbid u Frizar ingħatat il-fakolta li jekk jidhrilha li għandha bżonn aktar żmien mis-7 t’ijiem li tagħti l-liġi biex tiżgura li d-drittijiet fundamentali ta’ Muscat u l-oħrajn ma jinkisrux tagħmel hekk.”

 

Dan kien l-ewwel kumment ta’ Dr. Charlon Gouder, wieħed mill-avukati difensuri tal-ex Prim Ministru Dr. Joseph Muscat.

 

 

B’din is-Sentenza bla preċedent, għalkemm illum il-Qorti Kostituzzjonali ċaħdet it-talbiet li kellha quddiemha, xorta waħda stiednet lill-Qorti Kriminali sabiex jekk tara li ser iseħħ ksur ta’ drittijiet fundmentali ta’ Joseph Muscat, ma tippermettix li dan iseħħ.